“M’hemmx lok għal aktar dewmien dwar Brexit”- Boris Johnson – One News

Notifiki

“M’hemmx lok għal aktar dewmien dwar Brexit”- Boris Johnson

Il-Kummissjoni Ewropea qalet li r-Renju Unit għadu ma ħariġx b’soluzzjoni dwar il-kwistjoni tal-fruntiera mal-Irlanda. 

Wara laqgħa fil-Lussemburgu bejn il-Prim Ministru Ingliż u l-President tal-Kummissjoni Ewropea – l-ewwel waħda bejn Boris u Johnson mindu l-mexxej Ingliż ħa t-tmun tar-Renju Unit f’Lulju li għadda, ingħad li d-diskussjonijiet kienu kostruttivi, iżda l-ebda proposta ma tressaqet ’il quddiem biex tieħu post il-politika kontroversjali ta’ Brexit.

Kemm Johnson kif ukoll Juncker qablu li d-diskussjonijiet bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea, iridu jintensifikaw, u fil-fatt dalwaqt jibdew laqgħat kuljum dwar is-suġġett.

Iżda lilhinn minn dak li jingħad fil-laqgħat, Downing Street qalet li l-Prim Ministru Ingliż mhux lest li jipposponi Brexit wara l-31 t’Ottubru.

Ingħad li fil-laqgħa, Johnson sostna li jrid jilħaq ftehim sat-18 t’Ottubru wara summit Ewropew importanti.

Għal-laqgħa ma’ Juncker kien hemm preżenti il-Kap Negozjatur għal Brexit Michel Barnier u l-Ministru għal Brexit Steve Barclay.

Ritratt: BBC News

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend