Il-Gvern mistenni jwaqqaf aġenzija nazzjonali kontra l-kriminalità ekonomika – One News

Notifiki

Il-Gvern mistenni jwaqqaf aġenzija nazzjonali kontra l-kriminalità ekonomika

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li l-Gvern qed iħares li jwaqqaf Aġenzija Nazzjonali kontra l-kriminalità ekonomika. 

Quddiem investituri mir-Renju Unit il-Professur Scicluna spjega li din l-aġenzija tkun l-ewwel tax-xorta tagħha f’Malta biex tliġġieled il-kriminalità organizzata apparti li hemm dipartimenti fi ħdan il-korp tal-pulizija u l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji l-MFSA.

Spjega kif din l-aġenzija mistennija titwaqqaf wara ħidma bir-reqqa b’kollaborazzjoni mal-Gvern tar-Renju Unit biex tiġġieled kriminalità ekonomika massiċċa li tipprova tinfiltra f’kull pajjiż madwar id-dinja.

Il-Ministru tal-Finanzi, Edward Scicluna stqarr li “Dawn qed nitkellmu kumpaniji kbar li qegħdin jgħaddu mijiet ta’ miljuni minn ċertu istituzzjonijiet finanzjarji u allura trid aġenzija serja b’nies professjonisti, jiġifieri tal-affari tagħhom, li trenjati barra wkoll illu jkunu kapaċi jiddiljaw ma’ dan ir-reat”.

B’reazzjoni għal din l-aħbar ta’ twaqqif ta’ aġenzija li turi aktar l-impenn tal-Gvern fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus wieħed minn dawk interessati li jinvestu f’pajjiżna saħaq li dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba minn Malta.

Id-Direttur Maniġerjali ta’ Goodcare, Stephen Pinner qal: “Economic crime happens all around the world, money laundering and all of those challenges is all over the place. I know that how seriously it’s taken in the UK. The fact that Malta is working with the Home Office there, I think it’s a very very good thing. It’s so difficult to flash out things that can go wrong but I think working on that model it’s not going to be an instant solution but it certainly it’s a step in the right direction”.

Stephen Pinner li flimkien ma’ oħrajn sema’ b’attenzjoni l-preżentazzjoni tal-Ministru Scicluna dwar l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna ġej mill-qasam tas-servizzi finanzjarji.

Fl-isfond ta’ Brexit, saħaq li Malta hija pajjiż ideali li jagħti opportunità lill-kumpaniji Brittaniċi biex jiftħu fergħa f’pajjiżna u b’hekk iżommu saqajhom fis-suq waħdieni tal-Unjoni Ewropea.

 Pinner sostna li “Our view is that Brexit is gonna happen. Our view is also that we don’t wanna cut ties with the EU countries and therefore the opportunity to actually co-locate for us is something that has to be very seriously considered. A lot of us have already got down that road and we’re looking for countries that have got organisations involved, governments involved that want to encourage that co-location opportunity and from what I’ve heard so far it looks like Malta is one of those countries”.

Intant il-Ministru Scicluna spjega kif Malta llum għandha ekonomija diversifikata.

“Illum m’għandniex is-servizzi finanzjarji u l-gaming biss, qed inkunu pijunieri fil-blockchain u nħarsu lejn l-intelliġenza artifiċjali”, qal il-Ministru għall-Finanzi.

Huwa għamel referenza għar-rapporti tal-aġenziji internazzjonali ta’ kreditu li lkoll taw ċertifikat eċċellenti għall-ekonomija Maltija.

Dan fid-dawl ukoll li Brexit jista’ jkompli jġib aktar investiment lejn Malta hekk kif hu mifhum li bosta minn dawn id-delegazzjonijiet ta’ investituri mir-Renju Unit iwasslu biex jinvestu l-kapital tagħhom f’dan ix-xiber t’art b’potenzjal kbir.

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend