Transport Malta b’donazzjoni favur it-taħriġ fl-isports u s-sigurtà – One News

Notifiki

Transport Malta b’donazzjoni favur it-taħriġ fl-isports u s-sigurtà

Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar investiment li għandu l-għan jgħin lis-Salling Club ta’ Birżebbuġa tħarreġ lid-dilettanti tagħha tul is-sena kollha. 

Dan qed issir bl-għajnuna ta’ Transport Malta kif ukoll ta’ PTR Marine. Permezz ta’ żewg muturi li se jingħataw lill-klabb, it-tfal ta’ din il-lokalità se jkunu jistgħu jipprattikaw l-ibburdjar.

Il-Ministru Ian Borg stqarr ma’ ONE News li s-settur maritimu huwa importanti ħafna għal pajjiżna.

Il-Ministru Borg stqarr li“F’pajjiż li huwa gżira imdawwra bil-baħar, u settur marittimu dejjem kien forza f’dan il-pajjiż, qegħdin nassistu dan il-klabb tal-ibudjar biex ikollu aktar riżorsi fit-tagħlim tat-tfal li se jkunu l-baħħara t’għada”.

Fl-istess ħin , Slip Way ġdida se tiffaċilita l-ħajja ta’ dawn iż-żagħżagħ meta jkunu qed iniżlu dgħajjes tagħhom. B’hekk, iktar żagħżagħ jitħajjru jagħmlu dan l-isport li aktar ma jgħaddi żmien aktar qed iżid il-fama tiegħu.

Tkellimna wkoll ma’ Joseph Briffa, il-commador tal-klabb, li  laqa dan l-investiment b’entużjażmu għaliex issa iktar studenti jistaw jibqgħu jippratikaw dan l-isport fl-istaġun ta’ xitwa.

“Fejn qabel ma konniex inkunu nistgħu noħorġu f’ċerti postijiet tal-port issa nistgħu,huwa serrħan il-moħħ, ukoll li nistgħu noħoru fil-maltemp”, sostna Briffa.

Tul dan is-Sajf 70 tifel u tifla attendew għat-taħriġ regolarment mal-klabb.

ONE News seta’ jinnota li għalkemm ħafna mit-tfal għadhom ħalib ommhom fi snienhom, xorta waħda kellhom is-saħħa li jimbuttaw id-dgħajjes u l-karrijiet huma.

Qallilna wkoll li ġo din is-salling club ma jitgħallmux biss affarjiet li huma rrelatati mal-iburdjaw iżda wkoll lezzjonijiet fuq il-ħajja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend