Tliet żgħażagħ arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Raħal Ġdid – One News

Tliet żgħażagħ arrestati wara li nqabdu bid-droga f’Raħal Ġdid

Tliet żgħażagħ ġew arrestati s-Sibt waranofsinhar wara li nqabdu bid-droga f’avveniment ta’ divertiment f’Raħal Ġdid. 

Il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga arrestat ġuvni ta’ 17-il sena mill-Birgu, u żewġ tfajliet ta’ 21 u 26 sena minn Ħal Kirkop u l-Fgura rispettivament, wara li dawn inqabdu b’ammont ta’ pilloli ecstasy u droga suspettata kokaina. Jidher li d-droga ma kinitx għall-użu esklussiv tagħhom.

It-tliet żgħażagħ mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin akkużati fost l-oħrajn bil-pussess aggravat tad-drogi kokaina u ecstasy.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend