Se tittella’ edizzjoni tas-‘superleague triathlon’ f’Malta – One News

Notifiki

Se tittella’ edizzjoni tas-‘superleague triathlon’ f’Malta

Għat-tieni sena pajjiżna se jerġa jospita rawnd tas-superleague triathlon fid-19 u l-20 ta’ Ottubru. 

Dan l-avveniment sportiv li jgħaqqad f’tellieqa waħda l-għawm, il-ġiri u ċ-ċikliżmu, iġib uħud mill-aqwa ismijiet magħrufa fl-isport tat-triathlon.

F’avveniment f’Londra, tħabbar li t-tellieqa għal darba oħra se tittella madwar il-Kottonera b’enfasi fuq il-Birgu.

It-triathlon f’pajjiżna tifforma parti minn kampjonat dinji, bi tlielaq f’Jersey, Ottowa u Singapore fost l-oħrajn.

Il-fundatur u kap eżekuttiv ta’ Superleague Triathlon Michael D’Hulst spjega li l-ikbar ħaġa li attirat it-triathlon lejn pajjiżna hija l-veduta li l-Port il-Kbir joffri waqt it-tellieqa.

D’Hulst stqarr: “We have created a stadium-like feel in a city and that’s one of the reasons why we chose to go to Malta because its a beautiful environment. We are at Birgu, so we have the Grand Harbour Marina, you see Valletta on the backdrop and we are able to have the best athletes in the world. Olympic medallists race in this beautiful setting and being able to tell a story in a beautiful place”.

Il-madwar 60 atleta professjonali li mistennija jikkompetu mhux ġejjin biss Malta għat-tellieqa, iżda wkoll biex jedukaw dwar l-effetti pożittivi tal-isport u ta’ ħajja attiva.

Hu tenna li “Our athletes are there and they’re doing also outreach to the community so we go in the community and we spend time with the kids and schools and we teach them about healthy living, performance, picking up swimming, biking and running”.

Preżenti għat-tnedija tat-tellieqa kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi, li fisser kif minbarra li pajjiżna qed jospita avveniment ieħor ta’ kwalità, dan l-avveniment se jixxandar madwar id-dinja quddiem udjenzi ta’ miljuni ta’ persuni.

Il-Ministru Mizzi qal “Il-Kottonera, il-Birgu u l-bastions u l-Grand Harbour tagħna jkunu jistgħu jaraw promotion tiegħu mad-dinja kollha kemm l-Asja u kemm l-Amerika”.

Il-Ministru Mizzi qal ukoll li bħalissa għaddejja ħidma biex fix-xhur li ġejjin ikompli jiġi attirat turiżmu sportiv bħal dan, fosthom bi training camps għal klabbs tal-futbol fix-xitwa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend