Neżgħu l-ingravata u libsu ż-żarbun bit-tappini – One News

Notifiki

Neżgħu l-ingravata u libsu ż-żarbun bit-tappini

Ħafna drabi narawhom deħlin il-Parlament irpużati bi ġlekk u ingravata lesti biex jiddibattu fuq xi abbozz ta’ liġi. Illum ħadu xejra differenti b’shorts u żarbun bit-tappini lesti għal logħba futbol. 

Il-membri parlamentari taż-żewġ naħat tal-kamra ħallew warajhom il-portafoll u rħewla sal-grawnd tal-Marsa biex jingħaqdu f’logħba futbol waqt il-maratona ta’ futbol ta’ Puttinu Cares.

Naqra għajjat, fouls u xkanaturi ma naqsux imma t-tbissima tas-segwaċi kienet evidenti meta raw lil dawn l-opposti politiċi jaħdmu flimkien għal kawża ġusta.

Qabel ma saffret is-suffara li tindika l-bidu tal-logħba rnexxielna nieħdu kumment tal-Whips Parlamentari.

Byron Camilleri, il-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, saħaq fuq l-importanza li wieħed għandu jikkontribwixxi għal dan l-għan nobbli.

Camiller sostna “Aħna mill-ftit tagħna, mill-ftit illi nifilħu ħa nilgħabu din il-logħba futbol u nħeġġu lil kulħadd sabiex ikun ġeneruż ħafna ma’ Puttinu”.

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, Robert Cutajar, stqarr li pajjiżna huwa ċkejken mid-daqs imma għandu qalb kbira.

“Ħassejna wkoll iż-żewġ naħat tal-kamra li għandna niġu hawnhekk nagħtu l-eżempju. In-nifs mhux dak li  wieħed jistenna però nispera li nieħdu gost flimkien l-ewwel u qabel kollox però bi skop nobbli wkoll biex nagħtu l-kontribut tagħna”. 

Il-logħba rat total ta’ erba’ gowls, bi tlieta minnhom kienu favur il-membri parlamentari laburisti u wieħed favur il-parlamentari Nazzjonalisti.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend