Johnson iwissi lill-Unjoni Ewropea b’paragun ma’ Hulk – One News

Notifiki

Johnson iwissi lill-Unjoni Ewropea b’paragun ma’ Hulk

Il-Prim Ministru Ingliż, Boris Johnson, iqabbel is-sitwazzjoni tar-Renju Unit dwar Brexit ma’ wieħed mill-eroj ta’ Marvel, Hulk. Huwa sostna, mal-gazzetta The Mail On Sunday, illi r-Renju Unit jrid jinħeles mill-Unjoni Ewropea, jinħall mill-‘ktajjen’ bħalma jagħmel l-eroj fittizju aħdar. 

Johnson spjega kif dak li jiġri fl-istorja tal-Hulk, meta x-xjentist Robert Bruce Banner jitrasforma f’Hulk ikollu s-saħħa li jinħall minn kull irbit, hekk għandu jagħmel ir-Renju Unit dwar il-kwistjoni ta’ Brexit. Dan sostnieh meta kompla jippersisti li Brexit għandu jseħħ fil-31 ta’ Ottubru li ġej.

Il-Prim Ministru Ingliż temm b’paragun ieħor mal-karattru fittizju, bħala twissija lill-Unjoni Ewropea, fejn qal illi aktar ma Hulk ikun irrabjat, aktar isir b’saħħtu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend