Eluf jieħdu sehem fil-pellegrinaġġ tar-roti u muturi f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzja – One News

Notifiki

Eluf jieħdu sehem fil-pellegrinaġġ tar-roti u muturi f’ġieħ il-Madonna tal-Grazzja

Il-pellegrinaġġ tar-roti u l-muturi fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Zabbar, il-patruna taċ-ċiklisti li l-festa tagħha hija meqjusa bħala l-festa ewlenija li tagħlaq l-istaġun tal-festi tas-sajf. 

Il-pellegrinaġġ bir-roti beda fid-9:30 ta’ filgħodu mir-Rabat waqt li kwarta wara beda l-pellegrinaġġ bil-muturi mill-Mosta.

Fl-isfond tad-daqq tal-qniepel, ftit wara nofsinhar fi Triq is-Santwarju wasal it-trakk bl-inkwatru tal-Madonna tal-Grazzja b’mijiet ta’ mutri warajh. Malli wasslu ħdejn il-Knisja Parrokjali ta’ Ħaż-Zabbar il-Kappillan Evan Caruana għamel talba qasira ta’ ringrazzjament.

Mal-ħoss tal-ħornijiet u n-nar tal-ajru, il-kappilan bierek lill-parteċipanti.

Caruana stqarr li “Dan ilu jsir minn minn nineteen fifty one,elf disamija u wieħed u ħamsin,meta il-knisja kienet iddikjarat lil madonna tal-grazzja bħala patruna ta’ċiklisti u motoristi u għaddu jsir sal-illum”.

Għalkemm l-aħdar u blue iddominaw it-toroq Żabbarin, is-soċjetajiet ingħaqdu u qaddfu flimkienu fil-pellegrinaġġ.

Għaż-Żabbarin u nies li attendew, dan mhux biss tradizzjoni imma wkoll devozzjoni lill-Madonna tal-Grazzja. Ħafna mill-parteċipanti baqgħu jieħdu sehem sena wara l-oħra.

Mara li tkellimna magħha qaltilna li “l-pellegrinaġġ li nagħmluħ kull sena u nieħdu pjaċir nagħmluh.bħala tradizzjoni ta’ kull sena li iktar ma jaddi iktar jiżdiedu nies in-nies aktar jiġu. Kuntent ħafna li dejjem nagħmila, qabel kont nagħmila bir-roti, u issa ideċidejt li nagħmilla bil-mutur. Jien dejjem ,jiena minn Ħaż-Żabbar, dejjem ġejt mar-raġel u ħeġġigni r-ragel, u vera sodisfatta li għamiltu”.

Wara għodwa fuq ir-roti u muturi, il-voluntiera ta’dan ir-raħal jerġgħu fuq xogħalhom biex ixiddu l-aħħar ilbies għall-festa titulari tal-Grazzja.

 

Ta’ QabelLi Jmiss