S&P: It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa frott il-politika mħaddna mill-Gvern – One News

Notifiki

S&P: It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa frott il-politika mħaddna mill-Gvern

L-aġenzija S&P Global Ratings ikkonfermat ir-rating A- għal pajjiżna, filwaqt li żammet l-outlook għar-rating bħala pożittiv. Fi kliem S&P Global Ratings, “our ratings on Malta are supported by its strong growth performance, recurring current account surpluses driven by its large services exports and the government’s improving budgetary and debt positions and fiscal management”.

L-esperti ta’ S&P Global Ratings isostnu li r-rata ta’ tkabbir ekonomiku fis-snin li ġejjin se tlaħħaq medja ta’ 4.3%. Tant li r-rapport isostni li “we anticipate Malta’s headline GDP growth will continue to exceed that of peers at similar income levels and stages of development”. Dan is-suċċess ekonomiku, skont l-aġenzija internazzjonali, huwa dovut għall-politika tal-Gvern, partikolarment “the authorities’ commitment to policies incentivizing investment and hiring”.

S&P Global Ratings tinnota s-suċċessi tal-politika tal-Gvern fl-aħħar snin. Fil-fatt issostni li “in a high-growth environment, the government has consolidated its finances, reduced general government debt relative to GDP, and undertaken several structural reforms, notably those that have reduced the country’s energy bill and increased female participation in the labor market”. L-aġenzija internazzjonali tgħid li hija kunfidenti li l-aġenda tal-Gvern ser tibqa’ riformista.

L-esperti ta’ S&P Global Ratings jemmnu li l-qagħda fil-finanzi pubbliċi ser tkompli tkun tajba, b’surplus ta’ 1% tal-ġid nazzjonali bħala medja fis-snin li ġejjin. Dan filwaqt li jinnutaw l-pjani tal-Gvern li jżid l-ispiża soċjali, speċjalment il-pensjonijiet, kif ukoll jonfoq aktar fuq proġetti u infrastruttura. B’riżultat tal-għaqal li bih se jitmexxew il-finanzi pubbliċi, S&P Global Ratings tbassar li l-piż tad-dejn nazzjonali ser jonqos għal 30% tal-ġid nazzjonali sal-2022, jew nofs il-piż li kien hemm fl-2014.

Il-Gvern se jaħdem biex pajjiżna jkompli jgawdi minn fiduċja akbar fil-kamp internazzjonali li se ssarraf f’iktar investiment u titjib fid-dħul tal-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend