Pete Buttigieg jisraq il-qlub tal-Amerikani dwar il-ħajja personali tiegħu – One News

Notifiki

Pete Buttigieg jisraq il-qlub tal-Amerikani dwar il-ħajja personali tiegħu

Kien ta’ ftit kliem iżda effettivi. Pete Buttigieg, li bħalissa jinsab fit-tiġrija għall-Presidenza Amerikana, seraq il-qlub tal-Amerikani meta waqt it-tielet dibattitu Demokratiku presidenzjali fi Houston, Texas.

Hu tkellem dwar is-sehem tiegħu fil-militar bħala persuna gay u kif waqt li kien qed jagħmel is-snin ta’ servizz ħaseb dwar kif id-deċiżjoni li joħroġ fil-beraħ li hu kien gya, kinitx se tfisser it-tmiem tal-karriera tiegħu.

Spjega kif bħala pajjiż, l-Amerika tinsab maqsuma minħabba diversi ħsibijiet. Kemm jekk dwar is-saħħa, dwar il-vjolenza u l-użu tal-armi, il-kriżi fil-klima – Buttigieg qal li l-Amerika trid tingħaqad flimkien u teleġġi persuna li lesta tmur Washington u titkellem f’isem u fl-interess tal-poplu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend