Lampedusa mistenni jkun il-port sigur li fih se jiżbarkaw it-82 immigrant li jinsabu abbord il-bastiment Ocean Viking – il-bastiment navali ta’ SOS Mediterranean u Doctors without borders.
L-Italja assenjat il-port ta’ Lampedusa bħala l-port sigur għall-bastiment umanitarju.
S’issa għadu mhux magħruf jekk l-immigranti hux se jitniżżlu dirett minn fuq il-bastiment għal fuq l-art jew jekk hux se jinġiebu permezz tal-patrol boats.