L-attriċi Felicity Huffman tas-serje ta’ fama mondjali, Desperate Housewives ngħatat sentenza ta’ 14-il jum ħabs wara li ħallset biex jiġu kkoreġġuti r-risposti tal-eżami tat-tifla tagħha.
Hi ngħatat ukoll multa ta’ $30,000, 250 siegħa ta’ xogħol fil-komunità u sena ta’ superviżjoni.
Huffman hi l-ewwel ġenitur li ngħatat sentenza fost 34 persuna li hemm akkużati b’rabta mal-akbar skandlu fl-Istati Uniti dwar l-applikazzjonijiet fl-Università.
L-attriċi tressqet quddiem il-Qorti f’Boston fejn wieġbet ħatja li wettqet frodi f’Mejju.
Huffman ammettiet li ħallset konsulent li jieħu ħsieb l-applikazzjoniet is-somma ta’ $15,000 biex jikkoreġġi l-eżami ta’ bintha Sofia fl-2017.