Ġurnata biss wara li tħabbar ftehim storiku bejn pajjiżna u Manchester United, illum waqt il-logħba ta’ United kontra Leicester City deher l-ewwel riklam tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Il-ftehim għal tul ta’ tliet snin jirriklama lil Malta bħala d-destinazzjoni uffiċjali tal-klabb.
Jidher li Malta ġabet ir-risq għaliex Manchester United rebħu 1-0 kontra l-Foxes.