“It-tifel jiddependi minna 24 siegħa kuljum” – One News

Notifiki

“It-tifel jiddependi minna 24 siegħa kuljum”

Erbat elef ta’ kuljum iqumu jħabbtu wiċċhom mar-realtà tal-epilessija. Sebgħin fil-mija minnhom jieħdu mediċina apposta li tgħinhom jgħixu ħajjithom mingħajr xkiel. Minkejja dan hemm il-bqija li ma jistgħux jieħdu mediċina.

Frank Portelli huwa missier ta’ tifel bl-epilessija severa li fuqu l-mediċina ma taħdimx. Stqarr magħna l-weġgħa li jħoss missier meta jara nies f’din il-komunità jiġu mwarrba.

Spjega kif “Tista’ tgħid li bil-mediċini sebgħin fil-mija huma kkontrollata però hemm dawk it-tletin fil-mija li huma pharmacoresistent jgħidulhom u t-tifel tiegħu wieħed minnhom iġifieri. It-tifel tiegħu għandu epilessija severa u jiddependi kollox minna jiġifieri, la jitkellem iġifieri nitimawh aħna, naħsluh aħna kollox jiddependi minna, erbgħa u għoxrin siegħa kuljum.”

Frank huwa wkoll il-President tal-Assoċċazzjoni tal-epilessija fi ħdan Caritas Malta u llum newdew EPIPICTO. Gwida viżiv maħsub biex jgħin lil dawk li huma milquta minn waħda mill-erbgħin tip ta’ epilessija li jeżistu u dawk li jieħdu ħsiebhom.

Qal kif “L-EPIPICTO qiegħed iddisinjat għal persuni m’għandhomx daqshekk edukazzjoni allura dan qiegħed iktar stampi milli kitba – biex jekk jista’ jkun jaraw l-istampi jifhmu x’qed jiġri mingħajr ma jaqraw il-kliem.”

Il-President ta’ Malta George Vella li kien preżenti għat-tnedija ftakar fiż-żmien li fih kien iservi bħala tabib u stqarr li erbat elef persuna mhuwiex ammont żgħir u dan il-proġett għandu jservi bħala raġġ ta’ dawl.

Dan saħqu wkoll il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon li għamel emfasi fuq l-importanza ta’ kull komunità fis-soċjeta tagħna.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend