“Ġejt kemm-il darba f’Malta għax pajjiż sabiħ ħafna” – Bryan Robson – One News

Notifiki

“Ġejt kemm-il darba f’Malta għax pajjiż sabiħ ħafna” – Bryan Robson

Ġie l-ewwel darba Malta meta kellu dsatax-il sena, għax missier il-mara tiegħu kellu appartament l-Imsida. Sar iħobb lil gżiritna, u spiċċa biex baqa’ jiġi diversi drabi.

Din hi r-rabta li għandu ma’ pajjiżna l-leġġenda ta’ Manchester United Bryan Robson. Ma’ ONE News qalilna li baqa’ jiġi kemm-il darba għax huwa pajjiż sabiħ ħafna.

Faħħar ukoll lill-Maltin għal mod kif jilqgħu n-nies. Dan filwaqt li fisser ukoll li s-supporters Maltin ta’ Manchester United li għandhom passjoni liema bħalha.

Mistoqsi dwar il-fatt li pajjiżna issa huwa d-destinazzjoni uffiċjali ta’ klabb ġgantesk bħal Manchester United, qal li din se tqanqal kurżità dwar pajjiżna li se twassal biex aktar nies jagħżlu lil Malta għal btajjel tagħhom.

Tal-istess fehma huwa l-midfielder preżenti tal-klabb Juan Mata, li qalilna li minkejja li għadu qatt ma kellu ċ-ċans iżur pajjiżna, se jagħmel dan mill-iktar fis.

Kellna ċ-ċans ukoll nistaqsu lil Mata dwar il-ħsibijiet tiegħu fuq l-istaġun li għadu kif beda’ fejn Manchester United għadhom iridu jsibu saqajhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend