BIL-FILMAT: Eluf joħonqu t-toroq tal-Belt Valletta għall-Malta Pride March – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Eluf joħonqu t-toroq tal-Belt Valletta għall-Malta Pride March

Eluf ta’ persuni rħewlha lejn il-Belt Valletta biex jiċċelebraw l-Malta Pride March. 

Int min int u ġej minn fejn ġej, dan l-appuntament annwali madwar id-dinja jintlaqa’ bil-kbir minn bosta fejn jgħaqqad lill-kulħadd minn kull mixja tal-ħajja bħala familja waħda.

L-għan ewlieni wara din il-parata hu biex titfakkar l-importanza dwar il-jeddijiet ta’ persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti u dwar it-triq iebsa li kellhom jgħaddu minnha biex illum waslu fejn huma.

Bħal kull sena eluf jinżlu fit-toroq tal-Belt b’ilbies ikkulurit u bnadar bl-ilwien tal-qawsalla biex jiċċelebraw flimkien.

Preżenti għal din il-parata kien hemm il-Prim Ministru Joseph Muscat fejn flimkien ma’ membri Parlamentari oħra saħaq dwar kif din is-sena hi aktar sinifikanti minn snin oħra hekk kif pajjiżna għandu biex ikun kburi wara l-kisbiet li kiseb favur id-drittijiet ta’ persuni b’orjentazzjoni sesswali differenti.

Fakkar kif Helena Dalli tinsab innominata biex issir l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend