Żewġ żgħażagħ Għawdxin arrestati fuq qabda sostanzjali ta’ droga – One News

Notifiki

Żewġ żgħażagħ Għawdxin arrestati fuq qabda sostanzjali ta’ droga

Ilbieraħ f’Għawdex ġew arrestati żewġ żagħżagħ ta’ 21 u 23 sena li joqogħdu r-Rabat u l-Munxar, Għawdex, rispettivament.

L-irġiel ġew arrestati mal-wasla tagħhom b’vettura l-Imġarr, Għawdex wara sejba ta’ ammont sostanzjali ta’ qratas bi droga suspettata kokaina li juru li ma kinitx għall-użu personali tagħhom, kif ukoll affarijiet oħra relatati mal-abbuż u t-traffikar tad-droga.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr. Paul Coppini ġie nfurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta Maġisterjali.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja u żagħżugħ minnhom mistenni jitressaq b’arrest għada ġewwa l-Qorti t’Għawdex.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend