Se jaqdef għal zijuh li marad bil-kliewi – One News

Notifiki

Se jaqdef għal zijuh li marad bil-kliewi

Wara xhur ta’ taħriġ intensiv, erbgħa u għoxrin ċiklist telqu minn Malta fi vjaġġ twil lejn l-Asja biex hemmhekk jibdew jaqdfu aktar minn elfejn kilometru tul il-Vjetnam, Loas u l-Kambodja.

ONE News tkellem ma’ George Vella Bardon, wieħed miċ-ċiklisti li daħal għal din l-isfida għall-ewwel darba. Qalilna li dieħel għal din l-isfida wara li l-familja tiegħu ntlaqtet direttament minn din il-kundizzjoni.

Din qed nagħmluha biex niġbru l-flus għal pazjenti tal-kliewi u jien personalment kelli z-ziju kien fuq id-dijalesi għal ħafna żmien u issa qed nagħmilha għalih u qed nagħmilha ukoll għalija għax hija importanti għalija.” Stqarr Vella Bardon.

Sabiex ikunu f’qagħda tajba li jaqdfu mitejn kilometru kuljum għal għaxart ijiem konsekuttivi, iċ-ċiklisti għaddew minn taħriġ intensiv tul dawn l-aħħar sbatax-il ġimgħa, kemm fiżikament kif ukoll psikoloġikalment.

Jassisti liċ-ċiklistiki medikament f’dan il-vjaġġ se jkun hemm Paul Callejja li jaħdem bħala Charge Nurse fir-Renal Unit li l-pazjenti tiegħu jibbenifikaw mill-fondi miġbura minn din il-fondazzjoni.

Il-Lifecycle hija waħda mill-NGOs li tgħinna ħafna, hija importanti bħal kull NGO hija importanti għall-Unit tagħna biex nipruvaw nagħmlu il-ħajja tal-pazjenti tagħna iktar faċli.” Saħaq l-infermier Callejja.

Tkellimna wkoll maċ-chairman  tal-fondazzjoni LifeCycle Dr Shirley Cefai li ilha snin torganizza attivitajiet b’ġest nobbli bħal din.

Parti mill-flus imorru għar riċerka, parti jmorru għal RUSH fejn nghinu din l-inizjattiva biex jevitaw il-problema tal-kliewi, u l-pazjenti li għandhom il-problemi ngħinuhom ukoll.” Ikkonkludiet Cefai.

Għal dawn l-għaxart ijiem iċ-ċiklisti ser jesperjenzaw sfidi enormi madanakollu bi kliem ta’ kuraġġ il-fundatur ta’ LifeCycle Alan Currey fakkarhom kif l-agħar ġurnata tagħhom fuq ir-rota hija ferm aħjar mill-aqwa ġurnata ta’ pazjent fuq id-dijalisi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend