Oppożizzjoni mingħajr kredenzjali – One News

Notifiki

Oppożizzjoni mingħajr kredenzjali

B’referenza għall-konferenza tal-aħbarijiet li l-Oppożizzjoni tat dwar ir-rapport Moneyval u l-qasam tas-servizzi finanzjarji, il-Gvern jinnota li l-Oppożizzjoni lanqas biss qrat li l-Gvern diġa’ ħareġ komunikat li diġa’ qed jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet li l-istess aġenzija għamlet.

Mill-58 mizura proposta mill-istess Moneyval, diġa’ ġew imwettqa 35%, li anke kienu parti mill-mill-Pjan ta’ Strateġija li għamel dan il-Gvern fl-2017 u se tkompli ssir ħidma sabiex ikunu implimentati l-kumplament tal-mizuri proposti sal-aħħar tas-sena d-dieħla.

Filfatt, ftit tal-ħin ilu l-FIAU wkoll, għadha kemm ħarġet stqarrija tgħid li diġa’ ġew imwettqa 90% tar-rakkomandazzjonijiet fosthom li jkun hemm aktar awditjar spiss fl-entitajiet.

Bid-differenza ta’ x’kien jiġri meta l-istess kelliema kienu parti mill-Kabinett ta’ Amministrazzjonijiet oħra, fejn ir-rapporti kienu jinġabru fuq xkafa jaqilgħu t-trab, dan il-Gvern jaġixxi.

Il-problema tal-Oppożizzjoni hija li m’għandha l-ebda kredenzjali sabiex titkellem fuq dan il-qasam u fuq l-oqsma kollha.

L-Oppożizzjoni fil-konferenza tal-aħbarijiet semmiet diversi rapporti li fihom għawwġet il-fatti kif riedet iżda l-kelliema ma semmgħux rapport riċenti dak fejn l-Istitut għall-Governanza f’Bażel ikklassifikaw lil Malta bħala ġuriżdizzjoni b’riskju baxx għall-ħasil tal-flus.

Malta hija kommessa li tgħin fil-ġlieda globali kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu u tilqa’ kwalunkwe rikonoxximent li sar sa issa b’rabta mal-ħidma li qed titwettaq.

Malta hija determinata li tipprovdi aktar riżorsi sabiex issaħħaħ l-istituzzjonijiet, l-aġenziji regolatorji u dawk li jinforzaw il-liġi dan bil-kontra tal-Oppożizzjoni li apparti li m’għandiex kredenzjali ma titlifx okkażjoni waħda sabiex tipprova tagħmel il-ħsara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend