Id-disinn il-ġdid tal-iPhone qed iqanqal biża’ kbira – One News

Notifiki

Id-disinn il-ġdid tal-iPhone qed iqanqal biża’ kbira

Nies li jibżgħu mit-toqob żgħar qed jgħidu li d-disinn tal-mudell il-ġdid tal-Apple, iPhone 11 Pro, qed iqanqal biża kbira fihom minħabba n-numru ta’ kameras li għandu dan il-mudell il-ġdid.

Apple żvelaw il-mudell il-ġdid it-Tlieta li għaddiet u żgur mhux forsi l-attenzjoni kollha kienet fuq il-fatt li l-iPhone 11 Pro għandu 3 kameras marsusin ma’ xulxin fuq wara tal-mowbajl.

Din il-biża’ ta’ ġemgħa ta’ toqob żgħar tissejjaħ, ‘trypophobia’ u xjentista mill-Università ta’ Essex, Dr Geoff Cole, stqarr li kulħadd għandu din il-biża’ bi gradi differenti.

Dr Cole qal li r-reazzjoni għat-toqob żgħar tista’ tkun estrema tant li persuni stqarru miegħu li ma setgħux jaqdu d-dmirijiet tax-xogħol għal numru ta’ ġranet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend