Ugwaljanza għal kulħadd u f’kull aspett – One News

Notifiki

Ugwaljanza għal kulħadd u f’kull aspett

Hekk kif din il-ġimgħa pajjiżna ħa jkun qed jiċċelebra ‘Malta Pride Week’, il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza ħa l-inizjattiva li jitwaħħlu strixxuni mal-faċċata tal-istess ministeru. 

Din l-inizjattiva tawgura tajjeb biex inkomplu niċċelebraw l-ugwaljanza u d-diversità.

Pajjiżna kiseb diversi suċċessi fl-aħħar 6 snin kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell Ewropew u internazzjonali, iżda nirrikonoxxu l-fatt li għadna ma wasalniex. Irridu neliminaw l-inugwaljanzi li għadhom jippersistu f’pajjiżna u nifhmu li d-diversità tgħaqqadna filwaqt li l-ugwaljanza ssaħħaħna.

Il-Ministru Edward Zammit Lewis jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb kollu li sar filwaqt li rridu nkomplu mmexxu ’l quddiem strateġiji u inizjattivi eżistenti biex naċċertaw ruħna li jkollna ugwaljanza sħiħa msejsa fuq l-inklużjoni soċjali u xprunata mill-infurzar effettiv kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend