Ser tkun organizzata ċelebrazzjoni b’radd il-ħajr lil Alla tal-istaġun tas-sajf li wasal fi tmiemu – One News

Notifiki

Ser tkun organizzata ċelebrazzjoni b’radd il-ħajr lil Alla tal-istaġun tas-sajf li wasal fi tmiemu

Il-quddiesa ta’ radd il-ħajr se ssir nhar it-Tnejn 16 ta’ Settembru 2019 fis-7.00pm fuq is-simenta, Triq San Franġisk, San Pawl il-Baħar, qrib it-Torri Wignacourt. Il-quddiesa se tkun animata bis-sehem tal-grupp tal-kitarri tal-parroċċa. 

Din il-quddiesa se tkun b’suffraġju għal ruħ Joseph Grixti li fl-1995 kien strumentali u beda jorganizzaha ta’ kull sena b’ringrazzjament tal-istaġun tas-sajf, bl-għajnuna tal-MUSEUM subien ta’ San Pawl il-Baħar.

Kulħadd huwa mħeġġeġ u mistieden li jattendi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend