Rebħa oħra għal Trump fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni – One News

Notifiki

Rebħa oħra għal Trump fil-ġlieda kontra l-immigrazzjoni

Il-Qorti Suprema Amerikana approvat pjan ta’ immigrazzjoni mill-amministrazzjoni tal-President Amerikan Donald Trump bil-għan li jxekkel lill-migranti kollha li qed ifittxu l-kenn fl-Amerika. 

Dawn il-pjanijiet ser ikunu qed jaffetwaw lill-għexieren ta’ eluf ta’ migranti li ħafna drabi jivjaġġaw lejn l-Amerika Centrali u jaqsmu mill-Messiku sabiex ifittxu l-ażil.

L-amministrazzjoni ta’ Trump ħabbret politika ġdida dwar l-ażil lura f’Lulju li għadda madankollu twaqqfet ħesrem fil-Qorti ta’ San Francisco.

Filwaqt li għad hemm kwistjonijiet legali kontra dawn il-pjanijiet din id-deċiżjoni mill-Qorti Suprema tfisser li dawn issa jistgħu jiġu infurzati madwar l-Amerika kollha.

Il-wegħda ta’ kontroll fuq l-immigrazzjoni kienet fattur importanti fil-kampanja għall-presidenza ta’ Trump.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend