Mark Spiteri jikteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-‘Tenpin Bowling’ fil-kampjonati mondjali ġewwa Las Vegas – One News

Notifiki

Mark Spiteri jikteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-‘Tenpin Bowling’ fil-kampjonati mondjali ġewwa Las Vegas

Wara li rebaħ l-ewwel midalja għall-Malta fil-Kampjonati Mondjali, Mark Spiteri kiteb kapitlu ieħor fl-istorja tat-Tenpin Bowling meta rnexxielu jikkwalifika għall-Masters. Dan wara li bir-riżultat tiegħu ta’ medja 211.67, spiċċa fit-12-il post fl-All Events. B’hekk huwa seta’ jilgħab fil-Masters, fejn l-aqwa 24 atleta mondjali kkompetew fi stadju knockout, fl-aqwa minn 3 logħbiet.

L-avversarju ta’ Mark kien in-Norveġiż xellugi Ingar Gabrielsen, ġgant ta’ l fuq minn 6 piedi u nofs.  Spiteri tilef l-ewwel logħba, iżda mbagħad rebaħ it-tieni waħda. Ingar però rnexxielu jirbaħ it-tielet logħba biex ċaħħad lil Spiteri milli jkompli javvanza.

Mark Spiteri kien akkumpanjat minn Kenneth Arpa, Dennis Mercieca u Steve Cassar u l-logħba taghhom fit-team ta’ b’4 b’punteġġ ta’ 923 tinkiteb fir-rekords tal-Malta Tenpin Bowling bħala waħda mill-ogħla logħbiet irrekordjati minn timijiet f’events Internazzjonali.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend