Ma ridux imorru lura l-Libja – One News

Notifiki

Ma ridux imorru lura l-Libja

Tliet żgħażagħ mixlija b’terroriżmu qalu fil-Qorti li kienu jippreferu jmutu milli jirritornaw fil-Libja. 

Huma xehdu b’rabta mal-ħtif tal-vapur kummerċjali El-Hiblu li kien allegatament kien ordnat minn dawn it-tliet akkużati biex ibiddel ir-rotta u jidħol f’Malta.

L-istess bastiment kien salva lilhom u mal-100 immigrant ieħor f’Marzu li għadda.

Filfatt l-ekwipaġġ tal-bastiment qal lill-immigranti li se jieħodhom fl-Ewropa iżda mbagħad qabad it-triq lejn il-Libja.

Kif dawn iż-żgħażagħ ta’ 15, 16 u 19-il sena intebħu b’dan, allegatament qabdu għodod u bihom heddew lil membri tal-ekwipaġġ biex ibiddel ir-rotta lejn Malta.

Fil-Qorti ntqal li l-akkużati ħabtu l-għodod mal-ġnub tal-bastiment.

Fil-fatt intqal li l-bastiment kien għadu kemm ġie rinovat u kellu marki tas-sadid.

Intqal ukoll li flimkien mal-avukati, daħlu numru mhux normali ta’ interpreti ma’ dawn l-akkużati li l-awtoritajiet għokrithom għajnhom jekk dawn kinux fil-fatt interpreti jew ġurnalisti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend