L-Ombudsman jippreżenta l-Ombudsplan 2020 lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati – One News

Notifiki

L-Ombudsman jippreżenta l-Ombudsplan 2020 lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati

L-Ispeaker Anġlu Farrugia rċieva lill-Ombudsman Parlamentari Anthony C. Mifsud fejn ġie ppreżentat bl-Ombudsplan 2020 hekk kif l-Att dwar l-Ombudsman jistabbilixxi li, “l-Ombudsman għandu jippreżenta quddiem il-Kamra, mhux iktar tard mill-15 ta’ Settembru ta’ kull sena,
Ombudsplan li jkun jindika l-attivitajiet tas-sena li ġejja”. 

L-Ombudsplan ta’ din is-sena jelenka 25 prinċipju adottati mill-Kummissjoni ta’ Venezja li jistabbilixxu protezzjoni u promozzjoni tal-istituzzjoni tal-Ombudsman. Dawn il-prinċipji ta’ Venezja jipprovdu fuq kollox riga li biha jista’ jiġi mkejjel jekk l-istituzzjoni tal-Ombudsman fil-pajjiż hix konformi mal-istandards bażiċi iżda rigorużi meħtieġa u mixtieqa f’soċjetà demokratikament evoluta.

Fl-Ombudsplan qed issir ukoll analiżi qasira ta’ kull prinċipju biex jiġi indikat jekk u sa fejn il-qafas kostituzzjonali u legali li jirregola l-istituzzjoni tal-Ombudsman f’Malta jissodisfax dan il-kejl. L-Ombudsplan 2020 jirrakkomanda wkoll titjib fil-qafas leġiżlattiv biex jassigura li x-xogħol tal-Ombudsman u tal-kummissarji jkun aktar effiċjenti u effettiv.

L-Ispeaker se jkun qed iqiegħed l-Ombudsplan 2020 fuq il-mejda tal-Kamra fl-ewwel seduta wara l-vaganzi tas-sajf.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend