Jinqabad bid-droga f’San Pawl il-Baħar – One News

Notifiki

Jinqabad bid-droga f’San Pawl il-Baħar

Raġel li kien qiegħed jgħix f’dik li kienet il-Paloma Hotel f’San Pawl il-Baħar tressaq il-qorti wara li nqabad bi 22 gramma tal-kannabis u ammont żgħir ta’ reżina tal-kannabis. 

Huwa ġie arrestat waqt spezzjoni li l-awtoritajiet tas-saħħa għamlu f’din il-binja fis-sitta u għoxrin ta’ Awwissu li għadda.

Il-Prosekuzzjoni qalet li waqt l-interrogazzjoni r-raġel, Kintech Bakery ammetta li xtara d-droga ftit jiem qabel minn xi ħadd f’Buġibba.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke appuntat espert xjentifiku biex jeżamina s-sustanza li nstabet.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend