Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-premji tal-Innovazzjoni Diġitali – One News

Notifiki

Jinfetħu n-nominazzjonijiet għall-premji tal-Innovazzjoni Diġitali

Is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni qed jingħaqad ma’ DELTA Summit għall-premji tal-Innovazzjoni Diġitali. Din hi l-ewwel darba li dawn il-premjijiet qed ikunu organizzati bl-iskop li jesponu u jirrikonoxxu l-ħidma sfieqa ta’ kumpaniji u ta’ individwi fil-qasam teknoloġiku f’Malta.

Hemm 8 premjijiet x’jintrebħu:

– Premju għall-Aqwa Intrapriża Teknoloġika

– Premju għall-Innovazzjoni Kreattiva

– Premju għall-Innovazzjoni Xjentifika

– Premju għall-Innovazzjoni Teknoloġika

– Premju għall-Aqwa Investitur

– Premju għall-Digital Disruptor

– Premju għall-Aqwa Service Provider

– Premju għat-Teknoloġija għal Dinja Aħjar

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri inkoraġġixxa lill-pubbliku biex jipparteċipa u jinnomina lil min jaħseb li ħaqqu dan il-premju. “Il-premjijiet se jitfgħu dawl fuq l-attività teknoloġika f’Malta, il-proġetti innovattivi u s-soluzzjonijiet maħluqa li se jagħtu lura lill-komunità, però, iktar minn hekk, il-premjijiet se jixprunaw il-ħsieb kreattiv u t-talent teknoloġiku li hu parti integrali għat-tkabbir tal-ekonomija diġitali tal-gżejjer tagħna”.

Se tkun ġurija apposta li se tidentifika r-rebbieħa. Fil-każ tal-Premju għall-Aqwa Intrapriża Teknoloġika se jkun hemm ġurija apposta li mill-applikazzjonijiet imressqa se tiddetermina 3 finalisti u r-rebbieħ. It-3 finalisti se jkunu mistiedna għall-avveniment tal-MCA eBusiness Awards.

Il-premjijiet se jingħataw waqt DELTA Summit x OKEx Malta Tech Week.

In-nominazzjonijiet jistgħu jsiru minn https://delta-summit.com/awards/ u jagħlqu fit-18 ta’ Settembru f’nofsinhar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend