Iħallas €33,000 biex jikkontesta ċitazzjoni ta’ €112 – One News

Notifiki

Iħallas €33,000 biex jikkontesta ċitazzjoni ta’ €112

Richard Keedwell ta’ 71 sena nefaq €33,000 biex jikkontesta multa ta’ €112 li ngħatatlu minħabba sewqan eċċessiv, fir-Renju Unit.

Huwa kien ilu jikkontesta din iċ-ċitazzjoni għal tliet snin u nefqa l-parti l-kbira tal-flus li kien faddal. Dan għaliex skontu s-sistema legali Ingliża tinsab fi stat ta’ falliment.

Rapporti fil-midja Ingliża kkowtat li r-raġel li huwa ma kienx qiegħed isuq b’35 mil fis-siegħa f’żona li fiha wieħed ma jistax jaqbeż it-30 kilometru fis-siegħa.

L-anzjan sostna li meta li meta kien infurmat bil-multa ħassu sorpriż. Kien għalhekk li qabad esperti fit-teknoloġija. Huma stqarrew fil-Qorti li jista’ jkun l-kamera kienet bil-ħsara jew jista’ jagħti l-każ li r-ritratt ħaditu minħabba karozza li kienet ġej mid-direzzjoni opposta.

Keedwell sostna li ċ-ċittadini li jaqbdu u jħallsu l-multi jagħmlu ħażin. Huwa qal li f’ħajtu qatt ma qala’ ċittazzjoni u kien għalhekk li apella biex għamel dan hu kellu juża l-flus li kien ser iħalli b’wirt lil uliedu. Iżda sfortunatament hu tilef l-appell fil-Qorti ta’ Worcester.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend