Arrestat wara li nqabad b’6.5 kg droga kannabis – One News

Notifiki

Arrestat wara li nqabad b’6.5 kg droga kannabis

Diversi jiem ta’ ħidma intensiva mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga assistiti mill-Uffiċjali tal-Infurzar tad-Dwana wasslu għall-arrest ta’ Rumen ta’ 31 sena.

Id-droga kienet lesta biex tiġi ttraffikata.

Il-vettura kienet għadha kemm waslet Malta minn Pozzallo.

Il-Maġistrat tal-Għassa Donatella Frendo Dimech ġiet infurmata bis-sejba u għaldaqstant ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja u r-raġel mistenni jitressaq il-Qorti għada, b’akkużi relatati mal-importazzjoni u l-pussess aggravat tal-pjanta tal-kannabis.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend