15-il għaqda soċjali ddiżappuntati bil-PN li qed jopponi regoli għal diċenza bażika fil-kera – One News

Notifiki

15-il għaqda soċjali ddiżappuntati bil-PN li qed jopponi regoli għal diċenza bażika fil-kera

15-il għaqda li jaħdmu fil-qasam soċjali jinsabu ddiżappuntati li l-Partit Nazzjonalista qed jipprova jneħħi obbligi bażiċi tas-sidien tal-kera li qegħdin fl-abbozz tal-liġi dwar il-kera. 

Fi stqarrija konġunta l-għaqdiet tennew il-pożizzjoni tagħhom favur il-White Paper ippreżentanta mill-Gvern li tistabbilixxi qafas ta’ drittijiet u obbligi bażiċi għall-inkwilini u għas-sidien tal-kera.

L-organizzazzjonijiet qalu li jinsabu perplessi li issa l-Partit Nazzjonalista jidher li qed jissuġġerixxi li jrid ineħħi li dawn l-obbligi bażiċi.

Andrè Callus mill-moviment Graffiti stqarr li “Aħna nisabu ddiżappuntati mill-fatt li l-Malta Developers Association u l-Partit Nazzjonalista  jidru li qed jopponu fuq ċerta regoli bażiċi f’din ir-riforma li joffru serħan tal-moħħ, inkwilini u għas-sidien ukoll”.

L-għaqdiet soċjali li jinkludu l-Alleanza Kontra l-Faqar, Il-Moviment Graffiti, Żminijietna, Isle of the Left, Integra Foundation u l-Forum Komunità Bormliża qal li l-obbligi jistipulaw regoli ta’ diċenza bażika bħal dak li jiġu rreġistrati kuntratti li jinkludi inventarju u l-ammont ta’ flus li jkun ġie depożitat, aċċess lill-inkwilin għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma u li, qabel jiskadi l-kuntratt, is-sidien tal-kera jinfurmaw lill-inkwilin jekk hux se jġeddu l-kuntratt jew le.

Sostnew li min jopponi dawn ir-regoli, irid jiddefendi l-istatus quo ta’ nuqqas ta’ regolamentazzjoni totali li qed ipoġġi eluf ta’ nies f’Malta f’sitwazzjoni prekarja u li tolqot l-aktar lil dawk li għandhom pagi baxxi jew medji, lill-pensjonanti, u persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli bħal nisa vittmi ta’ vjolenza domestika.

Dwar ir-reġistrazzjoni tal-kuntratti mal-Awtorità tad-Djar l-għaqdiet soċjali qalu li jekk din titneħħilha s-setgħa li tivverifika li persuna hija fil-fatt residenti fi propjetà – kif qed jissuġġerixxu l-MDA u l-Partit Nazzjonalsita – l-abbozz kollu kemm hu jispiċċa kważi inutli għax is-

Callus temm jgħid: “Li jkun hemm obbligu li l-inkwilini jiġi ttrata b’diċenza li tiġi rrispeta id-dinjità tal-inkwilin qatt ma għandu jqis,kif il-Partit nazjjonalista qal li din hija piż fuq is-sid,le hija diċenża bażika li trid tkun hemm”.

Fuq kollox għamluha ċara li min jopponi dawn ir-regoli, jrid li ħafna kirjiet jibqgħu parti mill-ekonomija s-sewda, li dawk li jgħixu fil-kera jibqgħu jiġu ttrattati bla dinjità.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend