Żgħażagħ jitolbu għal stat ta’ emerġenza dwar il-klima – One News

Notifiki

Żgħażagħ jitolbu għal stat ta’ emerġenza dwar il-klima

Iż-żgħażagħ qed jitolbu lill-Parlament sabiex jiddikjara stat t’emerġenza dwar il-klima. Dan ħareġ minn sessjoni tal-Parlament taż-Żgħażagħ li tlaqqa’ l-Erbgħa filogħdu fil-bidu tal-ogħla istituzzjoni li għandu pajjiżna. 

Apparti t-tibdil fil-klima, iż-żgħażagħ li huma membri tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ tkellmu wkoll dwar diversi temi kurrenti fosthom, l-ugwaljanza u l-plastik li jintuża għal darba biss.

Emma Bedingfield li kienet qed tirrappreżenta żgħażagħ favur l-ugwaljanza spjegat li huma jaqblu li fis-seklu 21 l-ebda persuna m’għandha tiġi ddiskriminata minħabba s-sess tagħha.

Hija stqarret “Tkellimna fuq il-gender pay gap, nemmnu li għad hemm ħafna xogħol xi jsir fuqha u wkoll rigward pink tax. Aħna dik hija xi ħaġa importanti li pruvajna nenfasizzaw fuqha għax nemmnu li hija inugwaljanza kbira u nixtiequ ntejbuha”.

Żagħżugħ ieħor tkellem dwar il-plastik li jintuża darba biss u favur aktar ħidma sabiex dan il-materjal ikompli jitnaqqas l-użu tiegħu.

Nolan Camilleri qal li“Kienu affarijiet li assulutament jimpurtaw kemm lilna li konna hanwekk illum kif ukoll liż-żgħażagħ b’mod inġenerali. Aħna jinteressani li jkollna soċjeta ugwali jekk jista jukn minn issa u aħna jinteressani li jkollna l-plastik li jintuża darba sabiex jiġi mnaqqas u ma niddependux aktar fuqu”.

Minn naħa tiegħu s-Segretarju Parlamentari responsabbli miż-żgħażagħ Clifton Grima laqa’ l-impenn ta’ dawn iż-żagħżagħ u tkellem dwar l-importanza tal-ġenerazzjoni żagħżugħa.

Grima sostna li “Nemmen li dawn iż-żgħażagħ huma ta’ eżempju għall-bqija tas-soċjetà tagħna. Għandek titkellem dwar dak li huwa ġust. tqum u tieħu azzjoni sabiex bil-kontribut tiegħek żgħir kemm hu żgħir ikun qed jagħmel id-differenza fi kwalinkwe soċjetà fid-dinja”.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend