Trump issa bla konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali – One News

Notifiki

Trump issa bla konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali

Il-President Amerikan Donald Trump keċċa lill-konsulent għas-Sigurtà Nazzjonali John Bolton tard it-Tlieta filgħaxija, wara li qal li m’għadx għandu bżonn is-servizzi tiegħu. 

Minkejja d-dikjarazzjoni tal-President, Bolton qal li kien hu stess li temm l-impjieg tiegħu ma’ Trump. Għalkemm ma tax raġuni uffiċjali għal dan, bosta kmamar tal-aħbarijiet internazzjonali qed jirrapportaw li Trump u Bolton kellhom diżgwid serju dwar it-tensjonijiet fl-Iran u fl-Afganistan u sfidi globali oħra.

Fi tweet, il-President Trump qal li kemm hu kif ukoll membri oħra tal-Amministrazzjoni ma kinux jaqblu ma ħafna mill-ideat tal-eks konsulent. Qal ukoll li se jinnomina konsulent ieħor għas-Sigurtà Nazzjonali fi żmien ġimgħa.

Ritratt:EPA

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend