Roberto Carlos u Lucky.io b’donazzjoni ta’ $2,000 lil Puttinu – One News

Notifiki

Roberto Carlos u Lucky.io b’donazzjoni ta’ $2,000 lil Puttinu

Il-kumpanija ta’ casino online Lucky.io tat donazzjoni ta’ $2,000  lill-għaqda mhux governattiva Puttinu Cares. Din id-donazzjoni ġiet ppreżentata lil Dr Victor Calvagna mil-leġġenda tal-football Roberto Carlos. Dan il-plejer Brażiljan rebaħ fost l-ikbar unuri li jeżistu fid-dinja tal-futbol fosthom it-Tazza tad-Dinja, ic-Champions League u l-Coppa America. Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar x’ressqu lejn pajjiżna huwa sostna li għaqdiet bħal Puttinu Cares huma importanti ħafna u rringrazzja lil kull min tul is-snin ta’ sehmu. 

Sostna li huwa jixtieq jerġa jżur pajjiżna sabiex ikun jista’ jgawdi aħjar l-gżejjer Maltin.

Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll s-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Isport u l-għaqdiet volontarji Clifton Grima li wara l-konferenza stampa flimkien Roberto Carlos qattgħu ħin mat-tfal ta’ Puttinu jilgħabu il-logħba tal-football.

Grima tkellem ukoll dwar l-importanza tal-Corporate Social Responsibility fejn kumpaniji jagħtu donazzjonijiet lill-għaqdiet mhux governattivi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend