Norveġiż akkużat li kkaġuna l-mewt ta’ mara f’Għawdex – One News

Notifiki

Norveġiż akkużat li kkaġuna l-mewt ta’ mara f’Għawdex

Norveġiż ta’ 43 sena, residenti Kerċem, Għawdex ġie akkużat talli saq vettura b’mod traskurat,perikoluż u negliġenti u kkaġuna l-mewt ta’ mara ta’ 41 sena residenti s-Swieqi. Il-vittma hija Ivy Evison li mietet ġimgħatejn ilu. 

Il-każ ġara fis-16 ta’ Awwissu għal ħabta tas-1 ta’ filgħodu fit-Triq l-Imġarr Għajnsielem, Għawdex.

Quddiem il-Maġistrat Paul Coppini huwa ġie akkużat ukoll li kkaġuna ġrieħi gravi fuq Amerikan ta’ 47 sena residenti s-Swieqi, fuq Ġermaniż ta’ 51 sena residenti x-Xagħra Għawdex u fuq żewġ subien ta’ 9 snin u 14-il sena residenti n-Nadur Għawdex.

Huwa ġie akkużat ukoll talli kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa fuq mara mill-Kanada ta’ 45 sena, fuq tifel ta’ 12-il sena u fuq raġel ta’ 36 sena residenti n-Nadur Għawdex minħabba li saq b’mod negligenti, traskurat u perikoluż.

In-Norveġiż ġie akkużat ukoll talli saq taħt l-effett tax-xorb, u talli qabeż il-limitu ta’ veloċità kif tippermetti l-liġi u talli kkawża ħsarat fuq vettura oħra għad-danni ta’ terza persuna.

L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur J. Gauci.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend