Maltija tmut waqt btala fl-Italja – One News

Notifiki

Maltija tmut waqt btala fl-Italja

Mara Maltija ta’ 58 sena mis-Swieqi mietet ħabta u sabta waqt li kienet għall-btala fl-Italja.

Il-midja Taljana rrapporatat li l-mara mietet għall-għarrieda waqt li kienet qiegħed tiżfen fi stabbiliment f’Ortezzano. Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ filgħaxija.

Il-mara kienet fil-kumpanija ta’ żewġha u kienet tagħmel parti minn grupp ta’ Maltin li kienu għadhom kif waslu f’Valdaso s-Sibt li għadda u kellhom jitilqu għada.

Madankollu, waqt li l-mara kienet qed tiċċelebra ma’ sħabha fil-grupp f’restorant f’Ortezzano, ħassha ħażin u mietet zoptu.

Il-midja Taljana qalet li waqt li kienet qiegħda tiżfen, meta dehret tinġibed lura u ntilfet min senisha. Fuq il-post marru minnufih tim mediku li għamel dak kollu li seta’ biex isalva l-ħajja tal-mara. Madankollu ngħad li l-mara ġiet iddikjarata mejta fuq il-post.

Il-katavru tal-mara ta’ 58 sena ttieħed fil-kamra mortwarja tal-Isptar ta’ Fermo.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend