Malta bl-ikbar progress fid-diversifikazzjoni tal-enerġija – One News

Notifiki

Malta bl-ikbar progress fid-diversifikazzjoni tal-enerġija

Pajjiżna għamel l-ikbar qabżiet fl-aħħar 19-il sena għal enerġija iżjed diversifikata. 

Dan ħareġ mir-rapport tal-Kunsill Dinji tal-Enerġija magħrufa bħala ‘World Energy Trilemma Index’ 2019. Dan l-indiċi poġġa lil pajjiżna fil-quċċata minn 128 pajjiż.

Ir-rapport jgħid li Malta għamlet l-ikbar progress flimkien mal-Ġordan u r-Repubblika Dominikana.

Il-fatturi li wasslu għal dan ir-riżultat kienu divesi fosthom proġetti kbar fil-qasam tal-enerġija li saru fl-aħħar snin fosthom il-bini ta’ powerstation ġdida li taħdem bil-gass naturali, it-tlestija tal-interconnector bejn Malta u Sqallija, u miżuri li wasslu għal żieda kbira fl-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajiċi li jiġġeneraw enerġija li tiġġedded.

Ir-rapport jinnota li dawn il-proġetti huma importanti għall-gżira bħal Malta li ma tiddependi fuq ħadd għall-produzzjoni tal-enerġija tagħha u b’hekk pajjiżna ma jkunx jiddependi fuq sors wieħed ta’ enerġija.

Fl-istess waqt pajjiżna għaddej b’ħidma biex jibni pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija sabiex ikompli iwessa’ l-għażliet li pajjiżna jkollu sabiex jipproduċi l-enerġija.

Waqt li kien qed jieħu sheem fl-24 edizzjoni tal-Kungress Dinji għall-Enerġija f’Abu Dhabi, il-Ministru għall-Enerġija, Joe Mizzi nnota li dawn ir-riżultati pożittivi nkisbu fl-istess waqt li l-Gvern raħħas il-kontijiet tad-dawl b’25 % għall-familji u n-negozji. Dan filwaqt li ra li l-prezzijiet tal-petrol u d-diesel jibqgħu għal xhur sħaħ stabbli u taħt il-medja Ewropea.

Il-Ministru Mizzi attenda wkoll għal bosta laqgħat bilaterali fosthom maċ-Chairman tal-Kunsill Dinji tal-Enerġija fejn ġie diskuss l-irwol ta’ Malta u t-titjib li sar fis-settur tal-Enerġija f’Malta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend