Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li ta fastidju lil tfajla – One News

Notifiki

Jingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie akkużat li ta fastidju lil tfajla

Raġel ta’ 40 sena mir-Rabat, Għawdex tressaq il-Qorti t’Għawdex akkużat li ta fastidju lil mara ta’ 22 sena, li beżża’ lil din il-persuna li kienet se tintuża vjolenza fuqha, kif ukoll li heddidha permezz tal-mobile

Huwa ġie akkużat ukoll li fit-30 t’Awwissu li għadda seraq mobile lil din l-istess tfajla f’ħanut fi Triq ir-Reppublika ġewwa r-Rabat, Għawdex, kif ukoll li wettaq attentat għall-pudur tagħha.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet tal-Qorti. Il-Qorti ħarġet ukoll Ordni ta’ Protezzjoni favur il-mara ta’ 22 sena.

Is-seduta kienet ippreseduta mill-Maġistrat Paul Coppini.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Josef Gauci u Bernard C. Spiteri.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend