Il-Pulizija taqbad fil-fatt tliet ħallelin minn villa f’Birkirkara – One News

Notifiki

Il-Pulizija taqbad fil-fatt tliet ħallelin minn villa f’Birkirkara

Azzjoni immedjata tal-pulizija wasslet għall-arrest ta’ tliet ħallelini li allegatament daħlu f’villa li tinsab f’Birkirkara. 

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar meta residenti fil-madwar lemħu żewġt irġiel jipprovaw jidħlu fil-villa.

Xhieda fuq il-post qalu li l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit waslu fuq il-post f’kemm trodd salib u qabdu lit-tliet irġiel fil-fatt.

B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat Donatello Frendo Dimech. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend