Il-Kumpanija ‘Apple’ nediet l-iPhone 11 Pro – One News

Notifiki

Il-Kumpanija ‘Apple’ nediet l-iPhone 11 Pro

Il-Kumpanija Apple nediet il-mudelli il-ġodda tal-ismartphone bl-isem ta’ iPhone 11. Dawn il-mudelli l-ġodda tal-iPhones għandhom aktar kameras minn mudelli preċedenti. 

Saru wkoll xi tibdiliet fil-processor sabiex ikun aktar effiċjenti, filwaqt li l-batterija tiegħu iżomm iżjed. Infatti l-batterija taż-żewġ mudelli Pro sservi bejn erba’ u ħames sigħat aktar mill-iPhone XS li ħareġ qabel.

Il-mudell 5G ma ġiex imniedi. Qed jingħad li dan minħabba li dan il-mudell kellu xi affarijiet neqsin.

Ilbieraħ ġiet imnedija wkoll verżjoni ġdida tal-ismartphone, li għall-ewwel darba għandu feature ġdid bl-isem ta’ “always on”.

Is-Series 5 Watch jagħmel refresh kull skrin ma’ kull sekonda. Il-batterija ta’ dan il-mudell isservi għal 18-il siegħa bħall-mudell ta’ qablu.

F’din il-verżjoni tal-ismartwatch ġie introdott kumpass. L-ismartwatch il-ġdid għandu l-faċilità li javża li wieħed ikun riesaq lejn livelli għoljin u riskjużi ta’ storbju. Wieħed jista’ jagħżel li l-bordura tal-ismartwatch tkun tat-titanium.

Wara din it-tnedija, il-kumpanija Apple ġiet imfaħħra għall-faċilitajiet ta’ saħħa u sigurtà iżda ma ħasbitx ma’ faċiltajiet mal-irqad u l-istudju.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend