Raġel bi ġrieħi serji f’idu wara inċident f’fabbrika – One News

Notifiki

Raġel bi ġrieħi serji f’idu wara inċident f’fabbrika

Raġel ta’ 58 sena ddaħħal l-isptar għall-kura wara li sofra xi ġrieħi gravi f’idejh meta għal xi raġuni idu nqabdet fil-makkinarju waqt li kien qed jaħdem f’fabbrika ġewwa ż-żona industrijali tal-Imrieħel.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ waranofsinhar.

Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien maż-żewġ tobba tal-emerġenza Dr Michael Spiteri u Dr Jonathan Joslin li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel u akkumpanja lir-raġel sa Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Fejn aktar ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend