Għaqdiet internazzjonali jilqgħu n-nomina ta’ Helena Dalli – One News

Notifiki

Għaqdiet internazzjonali jilqgħu n-nomina ta’ Helena Dalli

Għaqdiet internazzjonali ewropej li jaħdmu fil-qasam tal-ugwaljanza laqgħu b’sodisfazzjon in-nomina ta’ Helena Dalli bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza. 

Hija ġiet deskritta bħala persuna kompetenti li bil-ħidma tagħha, il-Maltin kisebu drittijiet ġodda fosthom id-dħul taż-żwieġ indaqs, id-dritt ta’ adozzjoni għal persuni gay u l-ewwel liġi fid-dinja li permezz tagħha għamlitha illegali li persuna toffri xi tip ta’ servizz biex persuna tbiddel jew trażżan l-orjentazzjoni sesswali tagħha.

Is-Segretarju Ġenerali tal-għaqda mhux governattiva Rainbow Rose Europe Josè Santoro, qal li huma sodisfatti bin-nomina ta’ Helena Dalli, u jemmen li bir-rieda tagħha se tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħra li fadal ħafna fejn jagħmlu progress fil-qasam tal-ugwaljanza.

Santoro stqarr “We are happy for her nomination because she did a lot of work to make progress and of course she can be a great example for countries that progress need to be done. She changed complete the country due her willingness”.

l-Partit Soċjalista Ewropew ukoll laqa’ n-nomina ta’ Helena Dalli bħala l-Kummissarju l-ġdid tal-Ugwaljanza.

Il-Viċi President tan-nisa Soċjalisti Ewropej Zefi Dimadama rrikonoxxiet il-ħidma ta’ Helena Dalli fejn jidħlu wkoll id-drittijiet tan-nisa.

Hija stqarret li “Helena Dalli is a great politican and femminist from Malta. She works very hard for human right and lgbti and women. I’m very happy and i’m sure she is going to have a productive with her nomination”.

Fuq Twitter għaqdiet internazzjonali ukoll kitbu favur in-nomina ta’ Helena Dalli u d-determinazzjoni tagħha fejn tidħol l-ugwaljanza.

LGBT Denmark feraħ lil Dalli u qalu li jafu t-track record tagħha u l-għarfien tagħha f’dan il-qasam.

Equinet iddeskriva n-nomina ta’ Helena Dalli bħala aħbar eċċezzjonali u qalu li huma ottimisti li jaħdmu flimkien mal-Kummissarju Dalli għal aktar ugwaljanza fl-Ewropa.

EU disability forum ukoll esprima l-interess tiegħu li jaħdem flimkien ma’ Helena Dalli fl-irwol il-ġdid tagħha għal aktar ugwaljanza u drittijiet għal persuni b’diżabilità fl-Ewropa.

Women Enterpreneurship Platform ukoll ferħu lil Helena Dalli u saħqu sabiex ikun hemm aktar dibattitu għall-aktar ugwaljanza bejn is-sessi fl-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend