Żieda qawwija ta’ 5.4% fit-turisti f’Lulju – One News

Notifiki

Żieda qawwija ta’ 5.4% fit-turisti f’Lulju

Ċifri tal-uffiċju nazzjonali tal-istatistika juru li f’Lulju l-ammonti ta’ turisti li waslu f’pajjiżna qabżu it-305,000 persuna. Din hija żieda ta’ 5.4% meta mqabbla ma’ Lulju tas-sena li għaddiet.

LULJU 2019:       305,588

LULJU 2018:       290,041

ŻIEDA:                  15,547 TURIST (5.4%)

L-ammont ta’ iljieli mqattgħin żdiedu wkoll, bi kważi 2% meta mqabbel ma’ Lulju 2018, biex issa qabżu iż-żewġ miljun u erba’ mitt elf lejl.

In-nefqa tat-turisti tul dan ix-xahar kienet ta’ kważi €285 miljun, żieda ta’ kważi 2% meta mqabbla mal-istess xahar fl-2018.

LULJU 2019:       €284,953,000

LULJU 2018:       €279,908,000

ŻIEDA:                  €5,045,000 (1.8%)

L-istatistika tal-NSO qalet ukoll li fl-ewwel seba’ xhur tas-sena żaru pajjiżna ‘l fuq minn miljun u nofs peruna, żieda ta’ kważi 4% meta mqabbla mal-ewwel seba’ xhur tal-2018.

JANNAR – LULJU 2019:         1,522,075

JANNAR – LULJU 2018:         1,466,957

ŻIEDA:                                     55,118 (3.8%)

L-iljieli f’dan il-perjodu żdiedu bi 2.2% għal kważi 10 miljun u tliet mitt elf lejl.

2019:         10,281,727

2018:         10,059,624

ŻIEDA:        222,103 (2.2%)

In-nefqa f’dan iż-żmien kienet dik ta’ kważi biljun u mitejn miljun ewro, 4.3% iżjed minn dik irreġistrata fl-ewwel seba’ xhur tas-sena li għaddiet.

B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Minsitru għat-Turiżmu Konrad Mizzi stqarr li dawn ir-riżultati jikkonfermaw kemm il-miżuri tal-Gvern fis-settur tat-turiżmu, fosthom iż-żieda fil-konnettivita tal-ajru, l-introduzzjoni ta’ avvenimenti ġodda, u t-titjib fil-prodott turstiku, qiegħdin iħallu l-frott.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend