Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jinforma qiegħed jinforma lill-pubbliku fuq informazzjoni informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu użati minħabba r-riskju ta’ migrazzjoni ta’ melamina mill-materjal li bih huma magħmulin dawn il-prodotti, għal ġol-ikel.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Sett tal-ikel għat-tfal ta’ 4 biċċiet (jikkonsisti minn kuċċarina, skutella, kikkra u platt) | ||
Ditta: | Vulli – Sophie La Giraffe | ||
Numru tal-lott: | BN 897275 | ||
Oriġini: | Ċina |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook:
https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl
jew is-sit uffiċjali fuq:
https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.