Tilwima bejn l-MUMN u l-UĦM taffettwa l-appuntamenti tal-pazjenti – One News

Notifiki

Tilwima bejn l-MUMN u l-UĦM taffettwa l-appuntamenti tal-pazjenti

Tilwima bejn żewġ unjins li jirrapreżentaw professjonisti mediċi f’pajjiżna, qed twassal biex jiġu affettwati l-appuntamenti tal-pazjenti fl-isptarijiet u ċ-ċentri tas-saħħa f’Malta u f’Għawdex.

ONE News jinsab infurmat li numru ta’ pazjenti li kellhom appuntamenti skedati fis-sigħat li ġejjin, qed jiġu nfurmati b’telefonati li l-appuntamenti tagħhom kellhom jiġu posposti.

Dan minħabba tilwima bejn l-MUMN u l-UĦM, wara li f’Awwissu, l-MUMN kienet fetħet protest ġudizzjarju kontra l-Gvern biex ma jaċċettax li l-UĦM tkun l-unjin li tirrapreżenta lill-fiżjoterapisti.

Dan hekk kif il-UĦM qed titlob li tirrapreżenta għaxar professjonisti mediċi – inkluż fiżjoterapisti – li qed issejjaħ bħala Allied Professionals.

L-MUMN kienet argumentat li minn 200 fiżjoterapista mal-Gvern, 170 jinsabu msieħba magħha, u għaldaqstant l-ebda unjin oħra ma tista’ titlob li tirrapreżenta lil dawn il-professjonisti hekk kif il-maġġoranza jinsabu msieħba fl-MUMN.

L-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta appellaw liż-żewġ unjins inkwistjoni biex f’ġieħ il-benessere tal-pazjenti, jieqfu jitlewmu bejniethom u jilħqu kompromess, hekk kif b’dawn il-piki qed jiġu affettwati mijiet ta’ pazjenti Maltin u Għawdxin.

Intant fi stqarrija l-UĦM qalet li t-tilwma mal-Gvern minħabba li sosiet li hi għandha 58% tal-grupp kollu tal-AHP, il-Gvern
naqas milli jagħti r-rikonoxximent lil din il-union.

Il-union kompliet tgħid li hi għamlet u għada tagħmel kull tentattiv sabiex tipprevali r-raġuni u titlob lil gvern sabiex ma jinjorax mijiet ta’ ħaddiema f’din il-kwistjoni li wara li ssieħbu fil-union talgħażla tagħhom u wara li kisbu maġġoranza assoluta ta’ 58% jingħatalhom ir-rikonoxximent kif mistħoqq.

“Il-pazjenti qed jbatu għaliex il-gvern qed jkaxkar saqajh biex jonora r-riżultat tal-eżerċizzju ta’ verifika” tenniet il-UĦM.

Il-UĦM ikkwotat ir-rapport uffiċjali tad-dipartiment tar-Realazzjonijiet Industrijali li jgħid li fiżjoterapisti hemm 282 li 169 huma mem tal-MUMN.

“Dan ir-rapport juri li l-UĦM tgawdi minn 58%, filwaqt li l-MUMN tgawdi minn 15%. Żgur li dan ir-riżultat ma kellux għalfejn jitfa’ lil gvern f’diffikultà sabiex jiddeċiedi min għandu l-għarfien ewlieni”, temmet tgħid l-istqarrija tal-UĦM.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend