Suspett li s-serqa minn kiosk f’Tas-Sliema saret minn xi ħadd ta’ ġewwa – One News

Notifiki

Suspett li s-serqa minn kiosk f’Tas-Sliema saret minn xi ħadd ta’ ġewwa

Mhux eskluż li serqa li saret minn kiosk f’tas-Sliema fis-sigħat bikrin tat-Tnejn filgħodu kienet xogħol persuni qrib sew tal-operat tal-kiosk.

Sorsi qrib tal-investigazzjoni qalu ma’ ONE News kif iż-żewġt irġiel, lebsin barnuża u b’aċċent barrani kienu jafu sew il-post tas-safe fil-kiosk u li fil-lejl ta’ bejn il-Ħadd u t-Tnejn is-safe ikun fih ammont sostanzjali ta’ flus.

Dan filwaqt li kienu jafu wkoll bl-uffiċjal tas-sigurtà. Jidher li huma stennewh joħroġ mill-bieb ta’ wara tal-kiosk biex imbgħad attakawħ u daħlu.

Huwa indikattiv ukoll il-fatt li s-safe ma nstabx sgassat iżda infetaħ permezz ta’ ċavetta. Dan filwaqt li l-ħallelin għalqu s-safe qabel ħarbu minn fuq il-post.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend