Netanyahu jaħlef li jgħaqqad ix-Xatt tal-Punent mal-Iżrael – One News

Notifiki

Netanyahu jaħlef li jgħaqqad ix-Xatt tal-Punent mal-Iżrael

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu wiegħed li jekk jingħata mandat ieħor jgħaqqad l-wied tal-Ġordan u partijiet oħra mix-Xatt tal-Punent mal-istat Lhudi.

Lejlet elezzjoni ġenerali Netanyahu qal li lest jagħmel dan b’kordinazzjoni sħiħa mal-Amerikani.

Ix-Xatt tal-Punent ittieħed mill-qawwiet Iżraeljani fil-gwerra kontra l-qawwiet Għarab fl-1967.

Din il-wegħda ta’ Netanyahu ġiet deskritta bħala tentattiv biex jattira voti mil-lemin hekk kif tilef il-fiduċja fil-Gvern.

Din il-ħalfa ta’ Netanyahu qed tiġi deskritta li tkompli toħloq tensjoni f’reġjun imdemmi.

Fix-Xatt tal-Punent jgħixu mat-tliet miljun Palestinjan u erba’ mitt elf Lhudi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend