Mistennija buffuri tar-riħ u possibbilment bis-silġ – One News

Notifiki

Mistennija buffuri tar-riħ u possibbilment bis-silġ

Is-Sajf; ġie u telaq. Qisu ħolma sabiħa.

Miegħu ser jitilqu temp sħun u x-xemx tiżreġ. Dan hekk kif illum huma mbassrin buffuri tar-riħ u possibilment silġ.

Dawn ser ikunu akkumpanjati max-xita, ragħad u umdità qawwija ta’ 84% li ġġiegħlek tisħet is-siegħa u l-mument li għamilt dak l-appuntament għand l-istilista tax-xagħar.

Il-viżibilità hija moderata u ssir ħażina fix-xita. Minkejja dan, għad ma hemm l-ebda twissijiet.

Allavolja mistennija xi xita u ragħad, it-temperatura għadha ma battietx u l-ogħla temperatura għal-lum mistennija tkun 28 grad.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend