Lejn diskussjonijiet mill-ġdid – One News

Lejn diskussjonijiet mill-ġdid

Il-Korea ta’ Fuq tinsab lesta li terġa’ tibda tiddiskuti d-denuklearizzazzjoni mal-Istati Uniti aktar tard dan ix-xahar.

Il-viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq Choe Son-Hui qalet li pajjiżha lest ikompli bid-diskussjonijiet – jekk komprensivi – ġaladarba jintlaħaq ftehim bejn iż-żewġ pajjiżi.

Id-dikjarazzjoni ta’ Son-Hui saret wara li s-Segretarju tal-Istat Amerikan Mike Pompeo wera t-tama tiegħu li jissuktaw id-diskussjonijiet dwar is-suġġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend