Jinżamm arrestat wara li nqabad bi 30 kilo droga – One News

Notifiki

Jinżamm arrestat wara li nqabad bi 30 kilo droga

Awet Estifanos Weldetinsae, ta’ 29 sena mill-Eritrea nżamm arresat wara li tressaq il-qorti mixli bil-pussess u t-traffikar ta’ 30 kilo droga.

Il-każ seħħ il-Ħadd li għadda meta l-akkużat inqabad bi droga ħaxixa u kokaina f’Paceville.

Huwa ġie mixli quddiem il-Maġistrat Victor Axiaq bi traffikar ta’ droga wara li l-prosekuzzjoni sostniet li l-ammont li nqabad bih ma kienx għall-użu personali tiegħu.

L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih. Huwa nżamm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li ma talabx għall-ħelsien mill-arrest wara qal lill-qorti li ma kellux saqaf fuq rasu.

L-Avukat tal-għajnuna legali Yanika Bugeja dehret għall-akkużat waqt li l-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kevin Pulis.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend